CAI

Id-Direttorat għal Azzjoni ta' Governanza jimmaniġġja l-Programm tal-IEAL, li joħroġ mid-Direttiva 15, id f'id mal-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi (IPS) fi ħdan il-People & Standards Division (P&SD). Kull tant żmien id-Direttorat għal Azzjoni ta' Governanza   jidentifika parteċipanti għall-programm u jgħaddi l-lista lill-IPS. Id-Direttorat iwieġeb għal mistoqsijiet u diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom il-parteċipanti, isegwi l-attendenza tal-parteċipanti u r-riżultati tat-test. Wara jinħarġu statistiċi u rapporti li jiġu mgħoddija lis-Segretarji Permanenti rispettivi, flimkien mal-lista ta' parteċipanti li tidentifika lil min għadda, min weħel u min ma attendiex il-Programm mingħajr ebda spjegazzjoni jew ġustifikazzjoni.​

Il-programm tal-IEAL jikkonsisti fi tliet sessjonijiet formattivi li jiffukaw fuq: Kunċetti, Għarfien u l-Qafas tal-Integrità. Jipprovdi lill-parteċipanti b'materjal siewi u punti kritiċi rigward kondotta xierqa fuq il-post tax-xogħol. Jipprovdi wkoll istruzzjonijiet u riflessjonijiet fuq kif u għaliex iqumu dilemmi ta' etika u x'wieħed irid jikkonsidra meta jiġi biex jiddeċiedi liema hi, etikament, l-aħjar deċiżjoni.Wara t-tielet sessjoni, il-parteċipanti huma mistennija joqogħdu għal assessment mandatorju u jgħaddu minnu. It-test ta' 30 minuta jsir onlajn u l-parteċipanti jridu jwieġbu mistoqsijiet fil-format ta' multiple choice.