Il-filosofija tagħna toħroġ mill-valuri ewlenin tas-Servizz Pubbliku, fejn kull azzjoni tkun iffokata fuq il-ġid komuni taċ-Ċittadini. Aħna nistinkaw biex l-amministrazzjoni pubblika twassal servizz t'eċċellenza billi tgħaqqad u tikkoordina flimkien l-isforzi tal-Ministeri, Dipartimenti u Organizzazzjonijiet oħra sabiex dan kollu jwassal għal azzjonijiet effettivi u effiċjenti, u li jiżguraw governanza tajba.
Ir-rwol ewlieni tad-Diviżjoni tal-Koordinazzjoni u Implementazzjoni hu li jagħti appoġġ lil-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni, u li jippromwovi l-prijoritajiet tiegħu ma' l-amministrazzjoni pubblika kollha. Il-pożizzjoni ċentrali ta' din id-diviżjoni tippermetti li il-burokrazziji assoċjati mal- amministrazzjoni pubblika, ikunu ndirizzati billi tgħolli l-livell tal-koordinazzjoni u li tittieħed.
Il-hsieb wara din id-diviżjoni jiġi minn dawn il-prijoritajiet:
1. Tagħti servizz ta'eċċellenza, li huwa aċċessibbli u viżibbli;
2. Tikkoordina l-azzjoni bejn il-korpi differenti tal-amministrazzjoni pubblika billi tkun effiċjenti u effettiva;
3. Tippromwovi l-prinċipji t' akkontabilta', integrita' u governanza tajba;
4. Tissorvelja u ssus fuq l-implementazzjoni tal-prijoritajiet tal-gvern;
B'modi ġodda tagħti direzzjoni rigward ir-rispons lejn l-isfidi li jiltaqawgħu magħhom il Ministeri u dipartimenti kollha tal-gvern;
Dawn il-prijoritajiet huma minquxa fil-missjoni tad-Direttorati li jiffurmaw din id-Diviżjoni. Ix-xogħol ta' dawn id-Direttorati kontinwament jimmira lejn rati għola ta' koordinazzjoni u implementazzjoni:
Jara li l-implementazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet magħmula minn istituzzjonijiet konċernati jippromwovu l-integrita' u governanza tajba mal-amministrazzjoni pubblika kollha.
Jiffaċilita l-approċċ kollaborattiv lejn ix-xogħol ta' uħud mit-taqsimiet tal-infurzar fi ħdan l-organizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika - bil-għan li jnaqqsu il-burokrazija, jippromwovi trasparenza, u jara li osservanza effettiva qegħda tiġi applikata.
Ihares u jsus wara I-impenn ta' kull organizzazzjoni fi hdan I-amministrazzjoni pubblika fuq proģetti li jimplementaw il-miżuri tal-baġit, waqt koordinazzjoni ma' proģetti u inizjattivi ohra li jkunu qed jiģu implimentati.
Tikkoordina u tiģģestjona t-transizzjoni ghad-diģitalizzazzjoni tad-dokumenti tar-reģistri fi hdan is-servizz pubbliku b'teknoloģija emerģenti, u ghalhekk, qed jigu applikati business processes reengineering biex jirriflettu modi godda ta hidmiet u kollaborazzjoni.